Għaliex?

Għaliex għandna bżonn websajt speċjali għall-ADHD fuq in-nisa u l-bniet? 

Kien maħsub għal żmien twil li Disturbi ta ‘Defiċit ta’ Attenzjoni / Iperattività (ADHD) ma kienx preżenti fil-bniet. Dan kien fil-jiem meta kien maħsub ukoll li la darba tifel jilħaq adult, ADHD tisparixxi però issa wara għad ta’ numru ta’ snin, nafu li dawn iż-żewġ suppożizzjonijiet huma foloz.

Il-valutazzjoni u d-dijanjosi ta’ ADHD fil-bniet hija aktar kkumplikata milli fis-subien minħabba l-bidu ta’ sintomi jidhru ħafna aktar tard, il-manifestazzjonijiet kliniċi huma aktar preċiżi kif ukoll l-preġudizzju tas-sessi fl-iskala tal-klassifikazzjoni tal-ADHD aktar popolari hija, li jenfasizzaw imġieba li tidher aktar komuni li hija fis-subien. Bħala riżultat ta dan, ħafna tfajliet laħqu saru ta’ l-età adulta mingħajr l-ebda idea għaliex ħajjithom dehret li kienet aktar kkumplikata minn dik ta’ sħabhom.

Image Woman working in coffee shop

Huwa aktar diffiċli għalihom li jirrealizzaw li għandhom ADHD speċjalment jekk huma ‘high function’ speċjalment matul iz-zmien ta l-iskola u l-Università. Ħafna mill-każijiet dawn in-nisa, jibdew jesperjenzaw minn eżawriment fuq il-post tax-xogħol wara li jkunu furzati janalizzaw għaliex u kif qegħdin jimmaniġġjaw id-distress huwa daqshekk ħażin. Wara dan, hemm ħafna nisa li huma kkurati għal ansjetà u depressjoni, disturbi fl-ikel , fl-irqad, dipendenza,u eċċ mingħajr ma l-psikjatri tagħhom jinnutaw li l-kawża ewlenija tad-diffikultajiet tagħhom hija l-ADHD.

L-importanza tal-identifikazzjoni ta ADHD kif ukoll t-trattament bikrija jindika li jagħmel impatt soċjali kif ukoll personali fuq dawn in-nisa. Allura sabiex jintlaħaq dan il-għan, l-indikaturi (sintomi) jeħtieġ li jinftiehmu aħjar mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u s-soċjetà inġenerali. Il-kisba akkademika sodisfaċenti m’għandhiex teskludi dijanjosi ta’ ADHD.

Aħna dan irridu nbiddluh.

ADHD Malta www.adhdmalta.org.mt

 

Aqsam din il-paġna fuq il-midja socjali

ADHD Women Social Media

 

 

Donazzjoni permezz ta’ Paypal, Credit Card jew Debit Card?

Jekk tiflaħ, tagħti donazzjoni lil ADHD Europe
– kull euro jagħmel differenza!

Jekk tagħżel li ma tagħtix donazzjoni, jekk jogħġbok ikkunsidra li
taqsam din il-paġna jew blog posts fuq is-sit tagħna mal-familja tiegħek, ħbieb, kollegi u segwaċi u tgħin biex tqajjem kuxjenza.

Id-donazzjoni tiegħek hija apprezzata ħafna u se tintuża għall-programmi ta’ komunikazzjoni tagħna (ADHD Europe Broadcasting,
Advocacy ADHD, Proġett Nisa ADHD,
Attivitajiet li jqajmu kuxjenza fl-Ewropa
avvenimenti u ħafna aktar…


ADHD Europe AISBL
Rue Washington 40, Brussels, 1050, Belgium
International not-for-profit association 0810.982.059
RPM ‘Greffe du Tribunal de Commerce de Bruxelles’
www.adhdeurope.eu