Dwarna

Il-proġett tagħna

Fil-bidu tal-2020, il-proġett ADHD Women twaqqaf minn żewġ organizzazzjonijiet nazzjonali ADHS Deutschland eV, bi sħubija mal-ADHD, ASC & LD Belgium b’grazzi għal għotja li ngħatat mill-Federazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet Newroloġiċi (EFNA), f inizjattiva tagħhom. il-#BrainLifeGoals.

Nedejna din il-websajt f’Jannar 2021, għaliex ridna noħolqu post sigur għan-nisa biex ikomplu jiskambjaw informazzjoni, jaqsmu l-stejjer personali tagħhom kif ukoll post fejn jagħmlu użu mill-informazzjoni dwar l-ADHD fin-nisa u suġġetti relatati. Aħna se nkomplu nżidu informazzjoni ġdida hekk kif issir disponibbli.

F’Mejju 2021, ifformajna diversi gruppi ta’ appoġġ b’xejn madwar l-Ewropa, b’diversi lingwi għan-nisa kollha biex jattendu (link). Minn Lulju 2021, dan il-proġett kiber fuq livell Ewropew.

ADHD MALTA li ilhom membri ta’ ADHD Europe ngħaqdet mal-ADHD Women Project biex jipprovdu informazzjoni bil-Malti b’ringrazzjament lil Charlene Rzogha Miggiani u Cheryl Civelli li ġentilment għamlu it-traduzzjoni.

Aħna qegħdin nittamaw li jkollna din il-websajt disponibbli bl-aktar lingwi possibbli sabiex inkunu nistgħu

  • nagħtu l-aħjar informazzjoni possibbli sabiex nagħtu iktar setgħa lin-nisa
  • ngħinu lil nisa kollha sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw is-sintomi u l-esperjenzi tal-ħajja tagħhom
  • in-nisa ikollhom post biex ikunu jafu lil nisa oħrajn li qegħdin jesperjenzaw sfidi simili
  • jinqasmu esperjenzi ta’ nisa li qegħdin jghexu b’ADHD kemm dijanjostikati jew mhux dijanjostikati.

Il-kampanji tal-medja soċjali globali tagħna jqajjmu kuxjenza dwar l-ADHD mhux djanjostikata fin-nisa minħabba li ħafna nisa għandhom jew jissuspettaw li għandhom ADHD, xi nisa huma dijanjostikati ħażin jew bħalissa qed ifittxu dijanjosi tal-ADHD u esperjenzi personali fuq il-websajt tagħna jgħinuhom. Il-grupp tagħna n-nisa qed jagħtu s-setgħa lil xulxin billi jissottomettu l-esperjenzi tagħhom dwar

  • Kif jissieltu qabel/wara dijanjosi
  • Kif ilaħħqu/jimmaniġġjaw l-ADHD tagħhom b’mod pożittiv
  • Kif tkellem man-network ta’ appoġġ jiġifieri familja u l-ħbieb
  • Modi ta kif tiżvela ADHD fil-post tax-xogħol
  • b’liema mod kienu qed jimmaniġġjaw sitwazzjoni u kif tħossok

Din mhix maħsuba biex tkun pjattaforma klinika fuq il-websajt tagħna, iżda post divertenti għan-nisa ta’ kull età biex jesprimu lilhom infushom, jitgħallmu aktar dwar dak li jagħmilhom dawk li huma u kif jinnavigaw il-limitazzjonijiet tagħhom filwaqt li jagħrfu u japprezzaw is-saħħiet u il-kapaċitajiet tagħhom.

Il-proporzjon tad-dijanjosi tal-ADHD għas-subien VS il-bniet huwa 3 għal 1, għall-adulti, 1:1. Raġuni waħda għal din hija li fil-bniet, l-espressjoni tas-sintomi tagħhom hija aktar preċiża, tippreżenta f’età aktar tard u inizjalment, inqas drammatika milli fis-subien u peress li l-iskala ta’ valutazzjoni tal-ADHD li għadhom qed jintużaw waqt id-dijanjosi mill-kliniċi huma dawk maħluqa oriġinarjament għas-subien. ADHD fil-bniet ħafna drabi hija diżabilità moħbija, b’ħafna bniet jibqgħu mhux dijanjostikati

ADHD Malta www.adhdmalta.org.mt

 

Aqsam din il-paġna fuq il-midja socjali

ADHD Women Social Media

 

 

Donazzjoni permezz ta’ Paypal, Credit Card jew Debit Card?

Jekk tiflaħ, tagħti donazzjoni lil ADHD Europe
– kull euro jagħmel differenza!

Jekk tagħżel li ma tagħtix donazzjoni, jekk jogħġbok ikkunsidra li
taqsam din il-paġna jew blog posts fuq is-sit tagħna mal-familja tiegħek, ħbieb, kollegi u segwaċi u tgħin biex tqajjem kuxjenza.

Id-donazzjoni tiegħek hija apprezzata ħafna u se tintuża għall-programmi ta’ komunikazzjoni tagħna (ADHD Europe Broadcasting,
Advocacy ADHD, Proġett Nisa ADHD,
Attivitajiet li jqajmu kuxjenza fl-Ewropa
avvenimenti u ħafna aktar…


ADHD Europe AISBL
Rue Washington 40, Brussels, 1050, Belgium
International not-for-profit association 0810.982.059
RPM ‘Greffe du Tribunal de Commerce de Bruxelles’
www.adhdeurope.eu